Gowl ta Mohammed Salah u dopjetta ta’ Edin Dzeko poġġew lir-Roma momentarjament fit-tieni post u qabżu fil-klassifika lill-istess Napoli.
Dzeko fetaħ l-iskor ftit minuti qabel ma’ ntemmet l-ewwel taqsima filwaqt li rdoppja l-iskor 9 minuti wara l-ftuħ tat-tieni waħda.
Kalidou Koulibaly qanqal aktar tamiet għal Napoli hekk kif skorja permezz ta’ daqqa ta’ ras sabiex ġab ir-riżultat f’dak ta 2-1.
Madanakollu, gowl tal-Eġizzjan Mohammed Salah mewwet għal kollox il-partita sabiex mat-tisfira finali l-iskor ntemm f’dak ta 3-1.
Għaldaqstant Roma bħalissa jinsabu żewġ punti taħt il-Juventus, hekk kif illejla l-Bianconeri ser jilqgħu f’darhom lill-Udinese.
//= $special ?>