Lokali

Nirien f’residenza f’San Ġwann

Arkivji

Ftit tal-ħin ilu kienu rrapurtati nirien f’residenza fi Triq Bernardette f’ San Ġwann.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li n-nirien bdew mill-kamra tal-‘washroom’, madanakollu għalkemm kien hemm kwantità kbira ta’ duħħan, ma jidhirx li l-fjammi laħqu nfirxu.

Filwaqt li fuq il-post waslu immedjatament membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni

Ċivili sabiex ikkontrollaw in-nirien, uffiċċjali tal-Pulizija spjegaw ma’ Net News li fortunatament dak il-ħin ma kien hemm ħadd fir-residenza, għajr kelb li ġie salvat grazzi għall-intervent f’waqtu tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

 

triq nirien