Għawdex Lokali

Pass ‘il quddiem għall-mina bejn Malta u Għawdex

Il-pjanijiet kontroversjali tal-mina taħt il-baħar li taqsam il-fliegu għamlu pass ‘il quddiem.

Dan hekk kif l-Università ta’ Malta u Transport Malta iffirmaw ftehim sabiex isir studju ġeoloġiku dwar fejn tista’ tinbena din il-mina li tgħaqqad lil Malta u Għawdex.

Esperti mill-università ser ikunu fost oħrajn qed janalizzaw u jinvestigaw is-saffi tal-ġebla li hemm taħt il-baħar.

Dan kollu hekk kif ġiet proposta mina ta’ 11-il kilometru bejn il-gżejjer Maltin, 100 metru taħt il-livell tal-baħar.

Ir-rettur tal-Università, l-Professur Alfred Vella flimkien maċ-Chairman ta’ Transport Malta, James Piscopo, saħqu li t-tim ta’ riċerka mill-Università ta’ Malta ser ikun qed jipprovdi rwol kruċjali f’dan il-proġett li żgur għajnejn il-poplu Malti ser ikollu għajnejh fuqu.

shuto-tunnel