Futbol Sport

Roma f’partita tikwi taħt il-Vessuvju u ‘Zizou’ irid jagħti risposta.

‘Maurizio Sarri ġab ħafna affarijiet ġodda fil-futbol tan-Napoli u żgur li sabiex nakkwistaw it-tlett punti ser tkun għadma iebsa’.

Hekk sostna l-kowc ta’ Roma Luciano Spalletti hekk kif illum wara nofsinhar Roma ser ikunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra l-Partenopei.

Dan filwaqt li illum Napoli ser ikunu qed jilgħabu l-ewwel partita tal-istaġun mingħajr Arkadiusz Milik wara l-injury li sofra fil-pawża tan-nazzjonal mal-Polonja.

Għaldaqstant illum mistenni jibda fuq quddiem Manolo Gabbiadini ma’ ġenb Josè Callejon u Lorenzo Insigne.

zizou

Mill-futbol Spanjol illejla Zinedine Zidane irid jagħti risposta lill-kritiċi hekk kif Real Madrid ser jafrontaw barra minn darhom lir-Real Betis. Dan hekk kif il-Blancos mhux jilħqu l-aspettativi wara bidu deludenti tal-Kampjonat, bi 15-il punt, telfa tista tnizzilhom fil-ħames pożizzjoni tal-Liga Spanjola.