Serb residenti Buġibba ġie kkundannat għal sitt xhur priġunerija wara li kien ilu sa mill-Lulju tal-2012 imfittex mill-Pulizija.
L-akkużat ta’ 38 sena kien arrestat il-Ġimgħa wara nofsinhar wara li fl-aħħar xhur fetaħ paġna fuq Facebook sabiex jirreklama għall-bejgħ it-torti li kien qiegħed jaħmi.
Għaldaqstant huwa ġibed l-attenzjoni tal-Compliance Unit ta’ Jobsplus flimkien mal-Pulizija, li madwar 4 snin ilu kien irnexxielu jaħrabilhom hekk kif partitarji Serbi qalgħu x’inwkiet waqt il-partita bejn Valletta u Partizan Belgrade fil-Ħibs Stadium.
//= $special ?>