Lokali

Uffiċjali : It-tieġ bejn Bjorn u Maria għal seba’ ġimgħat oħra

Wara li fil-ġimgħat li għaddew Bjorn ippropona lit-tfajla tiegħu Maria biex jiżżewġu, issa ħabbar li t-tieġ se jsir fit-3 ta’ Diċembru.

Fuq facebook Bjorn ħabbar uffiċjalment li hu u Maria se jiżżewġu fit-3 ta’ Diċembru fis-6:30p.m. fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Hu stieden il-ħbieb biex jiċċelebraw magħhom dan il-jum speċjali.

Bjorn Formosa hu l-fundatur tal-NGO ‘ALS Malta’. Hu jbati mill-kundizzjoni ALS, marda li tiprogressa bil-mod il-mod sakemm twaqqaf in-nervituri tal-ġisem kollha milli jiffunzjonaw.

Minkejja l-marda li għandu, Bjorn dejjem baqa’ ottimist għall-ħajja u hu magħruf għall-kuraġġ tiegħu. “Qatt taqta’ qalbek fil-ħajja” temm jgħid Bjorn.

bjorn zwieg