Lokali Qorti

Żewġ żgħażagħ minorenni l-Qorti wara li kellhom relazzjoni intima

Tfajla w ġuvni ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti minħabba li allegatament kellhom x’jaqsmu intimament ma’xulxin minkejja li huma taħt l-età.

Kollox ingħata bidu meta tfajla ta’ 15 -il sena saħqet li seħibha, li għandu 17 -il sena, kellu x’jaqsam magħha mingħajr il-kunses tagħha. Madanakollu, grazzi għall-investigazzjoni li saret mill-pulizija, ħareġ fid-deher li dan kollu seħħ proprju bil-kunses tax-xbejba.

It-tfajla u l-ġuvni, li isimhom ma jistax jixxandar b’ordni tal-qorti, instabu ħatja li kellhom x’jaqsmu ma’ persuni taħt l-età madanakollu, minħabba li huma minorenni, ngħataw il-liberta proviżorja. Dan kollu filwaqt li l-Maġistrat Monica Vella wissiethom sabiex ma jwettqux reat iehor matul it-tliet snin li ġejjin.

Huma ingħataw ukoll taħt idejn l-Aġenzija Appoġġ sabiex jiġu mgħejuna f’xi problemi li jista’ jkollhom.