Raġel Grieg indarab gravi f’argument kmieni dalgħodu f’Paceville.
Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li raġel Grieg ta’ 25 sena kien involut f’argument ma’ persuna oħra, fejn dan tal-aħħar allegatament tah daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.
//= $special ?>