Il-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat aktar kmieni din is-sena kellu l-pariri biex lil Neville Gafà, il-persuna li qed tissemma’ b’rabta mal-iskandlu tal-ħruġ tal-visas mediċi lil mijiet ta’ Libjani, jaħtru bħala Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja.
Dan ġie żvelat mill-gazzetta Il-Mument, li tirrapporta li dawn il-pariri lill-Prim Ministru Joseph Muscat kienu qed jingħataw minn terzi influwenti ħafna ġewwa Kastilja li riedu li jkollhom kontroll ferm akbar dwar x’qed jiġri fil-Libja billi lil Neville Gafà jarawh Ambaxxatur Malti għal Tripli.
Dan kollu kien qed iseħħ qabel ma kien żvelat l-iskandlu tal-visas mediċi lil-Libjani, bl-iżviluppi kienu qed iseħħu wara r-riżenja ta’ Mannie Galea mill-kariga ta’ Ambaxxatur Malti għal-Libja minħabba ‘raġunijiet personali’.
Dak li tellef dan kollu milli jidħol fis-seħħ kien il-fatt li ftit tax-xhur ilu feġġ fil-pubbliku l-iskandlu tal-ħruġ tal-visas mediċi lil mijiet ta’ Libjani biex suppost jiġu Malta għall-kura u fejn għaddew eluf ta’ ewro biex dawn il-Libjani setgħet inħarġitilhom din il-visa medika.
Fl-iskandlu kien allegat li Neville Gafà rċieva ftit inqas minn €38,000 b’mod abbużiv. Il-whistleblower li kixef l-iskandlu irċieva diversi theddid. Sadanittant, ma ttieħdu l-ebda passi mill-Pulizija kontra Neville Gafà, għax qalu li ma sabux evidenza kontrih.
Aktar dettalji fil-gazzetta Il-Mument
//= $special ?>