Il-gazzetta il-mument b’intervista ma’ Ann Fenech, avukat li tispeċjalizza fil-qasam marittimu
Ann Fenech, avukat li tispeċjalizza fil-qasam marittimu u President tal-Partit Nazzjonalista, f’intervista mal-gazzetta ‘Il-Mument’ tkellmet dwar l-importanza tal-Maritime Assesment li kien irrefera għalih Roberto Vaccari qabel il-laqgħa tal-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u l-Ambjent (MEPA) u dwar l-importanza tar-Risk Analysis li jissemma’ mill-aktar gwida importanti f’dan il-qasam; ‘LNG Operations in Port Areas’ – Essential best practices for the industry’. Din hi pubblikazzjoni awtorevoli maħruġa minn ‘The Society of International Gas Tanker and Terminal Operators Limited’.
Ann Fenech spjegat li “wieħed jistaqsi: ma setax il-Gvern jelimina r-riskji billi jesiġi fuq l-Electrogas li dan it-tanker ma jidħolx il-port u minflok jibqa’ barra l-port bħalma sar ġewwa Livorno fejn il-ħażna tal-gass issir fuq bastiment li jissejjaħ ‘Floating Storage Regassification Unit’, (FSRU), fejn l-LNG ikun trasferit fil-forma ta’ gass abbord l-FSRU u l-gass jidħol ġol-power station fuq l-art permezz ta’ pipeline taħt il-baħar?”
Filwaqt li qalet li l-konsiderazzjonijiet tal-prezz ma kellhomx jidħlu, Ann Fenech qalet li l-Gvern ta lill-Electrogas kuntratt għall-bini ta’ power station li l-pajjiż ma għandux bżonnha. “Imma jekk għal xi raġunijiet li ma jista’ jifhimhom ħadd xorta baqa’ għaddej b’dan il-pjan, almenu l-Gvern messu esiġa li l-ħażna ssir barra l-port ta’ Marsaxlokk.”
Hi kompliet li jekk il-Gvern ma kienx kapaċi jasal sa hawn u jinnegozja dan, allura messu esiġa li jinbena breakwater fid-daħla ta’ Marsaxlokk.
Aktar minn din l-intervista fil-gazzetta Il-Mument…
//= $special ?>