Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jikkanonizza qassis mill-Arġentina

Il-Papa Franġisku kanonizza ‘qassis tal-gaucho’, li kien jgħix f’pajjiżu, l-Arġentina, u li issa sar l-ewwel qaddis Arġentin fl-istorja.

Jose Gabriel del Rosario Brochero, li fir-ritratti jidher liebes poncho ikkulurit, kien jgħix għexieren ta’ snin ilu u kien jivvjaġġa fuq ħmar biex jaqdi l-ħteġiet spiritwali tal-foqra, fir-reġjuni remoti. Brochero kien fost seba’ qaddisin ġodda ddikjarati waqt quddies fi Pjazza San Pietru (f’Ruma) li attendew għalih l-eluf ta’ devoti.

Brochero, li kien fost l-aktar Kattoliċi famużi meta l-Papa kien għadu żgħażugħ, sofra mill-marda tal-ġdim li ħallih għami sa dakinar ta’ mewtu, fl-1914. Hu kien iddikjarat beatu fl-2013.

Hemm numru ta’ mirakli attribwiti lil Jose Brochero, fosthom ir-rijabilitazzjoni ta’ tarbija li kienet spiċċat b’rasha mgħaffġa waqt inċident bil-karozza.