€177,645, kienet din is-somma miġbura waqt il-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema “Is-Sigurtà Tiegħek Mhedda bil-Korruzzjoni”, li saret matul il-ġurnata tal-Ħadd fid-Dar Ċentrali tal-Pietà.
F’diskors li bih ġab fit-tmiemha l-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil rringrazzja lill-pubbliku ġeneruż li kkontribwixxa f’din il-maratona, li saret bl-iskop li l-Partit Nazzjonalista jkollu fondi bi tħejjijja għall-kampanja elettorali.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fisser kif din il-maratona qed issir f’perjodu fejn il-Gvern baqa’ ghaddej minn fuq kulhadd u ma ta kaz hadd b’mod partikolari dwar it-tanker li se jkun ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li din l-ghajnuna, li hi maghmula minn ftit minghand il-hafna timla lill-Partit Nazzjonalista bil-kuraġġ biex ikompli jwassal il-vuċi tiegħu u jesprimi t-tħassib tal-poplu Malti u Għawdxi filwaqt li jkompli jinbena bħala Gvern Alternattiv.
Il-maratona bdiet f’nofsinhar, wara attività politika f’Marsaxlokk, u baqgħet għaddejja sa’ tard filgħaxija. Matulha spikkaw messaġġi politiċi u interventi minn kandidati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, iżda ma naqasx l-ispettaklu mifrux fuq ġurnata sħiħa.
//= $special ?>