Hu mistenni li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, jissejjaħ biex jixhed quddiem il-kumitat ta’ inkjesta maħtur mill-Parlament Ewropea biex jinvestiga l-iskandlu tal-Panama. Dan ġie żvelat fil-gazzetta ‘The Sunday Times of Malta’.
Keith Schembri, flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi, inqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex fihom jitfgħu is-senserija. Il-kumpaniji sigrieti tpoġġew f”trusts’ fi New Zealand.
Konrad Mizzi huwa l-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea li ssemma fl-iskandlu tal-Panama Papers, li nkixef fuq livell internazzjonali mill-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ).
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ħa l-ebda passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi, li t-tnejn li huma mistennija jkunu msejjħa mill-Parlament Ewropew biex jixhdu quddiem il-kumitat ta’ inkjesta li nħatar.
//= $special ?>