Madwar 20 Serbi kienu arrestati fil-Montenegro talli allegatament kienu qegħdin jippjanaw l-attakki għal wara għeluq l-elezzjoni tallum fil-pajjiż.
L-arrestati kienu qed jippjanaw li jużaw l-armi awtomatiċi biex jattakkaw l-istituzzjonijiet tal-Istat, il-pulizija u, possibbilment, uffiċjali oħra. Dan skont il-Kap tal-Pulizija ta’ Montenegro, Slavko Stojanovic.
L-elezzjoni fil-Montenegro qed issir fost tensjoni dwar pjani lejn rabtiet eqreb bejn dan il-pajjiż ċkejken fil-Balkani u l-Punent. Sadanittant, l-aħħar rapporti qalu li s-Serbi arrestati qed jiffaċċjaw akkużi dwar ‘terroriżmu’ u talli ‘iffurmaw organizzazzjoni kriminali’.
//= $special ?>