Aktar minn 300 persuna dalgħodu nġabru fil-Belt Valletta fi protesta favur l-introduzzjoni tal-‘morning after pill’ mingħajr preskrizzjoni tat-tabib.
Fil-jiem li għaddew, kumitat Parlamentari laħaq qbil dwar li l-‘morning after pill’ għandha tkun disponibbli biss permezz ta’ preskrizzjoni tat-tabib.
Iżda matul il-protesta, organizzata mill-NGO ‘Gender Equality Malta’, sar appell biex in-nisa jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet għalihom infushom mingħajr interferenza.
Matul il-protesta bl-isem ‘Emerġenza għal Raġuni’, intqal li preskrizzjoni għall-‘morning after pill’ tmur kontra l-iskop kollu ta’ din il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza.
Ritratt: Gender Equality Malta (GEM)
//= $special ?>