Lokali

It-tanker jintlemaħ ‘il barra minn Għajn Tuffieħa

It-tanker tal-gass ‘Armada LNG Mediterrana’ fl-aħħar ħin tfaċċa ‘l barra minn Għajn Tuffieħa, kif juri dan ir-ritratt mibgħut minn wieħed mill-qarrejja ta’ NETnews.com.mt.

It-tanker tal-gass bħalissa qed jagħmel sensiela ta’ testijiet u provi qabel dan jankra b’mod permanenti fil-bajja ta’ Marsaxlokk.

L-istudji dwar ir-riskji marittimi u r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tan-nies għadhom ma ġewx ippubblikati.

armanda lng mediterrana tanker tal-gass