Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li ndarbu f’ġlieda f’Putirjal ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ bil-lejl u fil-ġlieda kien hemm involuti numru ta’ persuni mis-Serbja kif ukoll Maltin, għalkemm skont rapporti fil-media kienu involuti żgħażagħ Sirjani u Eġizzjani.
Malli daħal ir-rapport dwar il-ġlieda bejn numru kbir ta’ persuni, marru fuq il-post Pulizija tad-Distrett u mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit li arrestaw lill-agressur, li skont rapporti fil-media huwa Sirjan li jgħix il-Ħamrun.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ li wassal biex żewġ persuni ttieħdu l-isptar.
//= $special ?>