Lokali

3 żgħażagħ involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11:30pm karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunċizzjoni l-Imsida.

Jirriżulta li waqt li l-ġuvni kien qed isuq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Volkswagen u baqa’ dieħel f’ħajt. Miegħu kellu żewġ passiġġiera, żewġ tfajliet ta’ 20 sena. Waħda mit-tfajliet li hi mill-Mellieħa sofriet feriti gravi filwaqt li t-tfajla l-oħra, mill-Pieta’, sofriet minn ġrieħi ħfief. Huma ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.

Il-ġuvni li joqogħod il-Fontana Għawdex ma’ ġralu xejn.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.