Fi stqarrija, il-Bank of Valletta ħabbar li id-9 ATMs li dalgħodu ma kinux disponibbli għall-pubbliku issa jistgħu jintużaw.
Filwaqt li rringrazzjaw lill-klijenti tal-koperazzjoni li wrew, kelliema għall-bank ħadu l-opportunità sabiex jiżguraw lill-pubbliku li l-ATMs jinsabu siguri.
Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Dan kollu hekk kif fil-jiem li għaddew kien hemm xi attentati ta’ serq li l-bank qed jinvestiga. L-ATMs li mhux se jkunu disponibbli għall-klijenti tal-bank huma tal-Isla, Ħal Far, Ħal Safi, Ħal Lija, Marsaxlokk, Bir id-Deheb, il-Marsa, l-Imsida u l-ATM li hemm Tas Sliema ħdejn il-Preluna Towers.
Il-Bank jinkoraġġixxi lill-klijenti tiegħu biex dejjem ikunu viġilanti u jagħmlu rapport lill-Bank u lill-Pulizija jekk jiltaqgħu ma’ kwalunkwe oġġett suspettuż imwaħħal mal-ATM. Fl-istqarrija l-bank qal li jekk hemm xi klijenti tiegħu li jaħsbu se seta’ nsterqilhom il-pin number tal-credit card tagħhom u għallura setgħu kienu fil-mira ta’ frodi għandhom jikkuntatjaw lill-bank mill-aktar fis possibbli fuq in-numru 21 31 20 20 . Wieħed jista’ anke jikkuntatja lill-Pulizija.
Il-Bank jinkoraġġixxi lill-klijenti tiegħu biex dejjem ikunu viġilanti u jagħmlu rapport lill-Bank u lill-Pulizija jekk jiltaqgħu ma’ kwalunkwe oġġett suspettuż imwaħħal mal-ATM. Fl-istqarrija l-Bank assigura lill-klijenti tiegħu li l-ATMs kollha tiegħu huma mgħammra b’apparat kontra l-iskimming biex jilqa’ għal kwalunkwe apparat li jista’ jitwaħħal mal-ATM minn partijiet terzi b’intenzjoni ta’ frodi.
//= $special ?>