Futbol Sport

ALLERT DWAR MATCH FIXING: Il-partita Litwanja v Malta tqajjem dubji serji

Il-ġurnal Times of Malta illum żvela li l-logħba valida mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja Litwanja v Malta kienet identifikata mill-FIFA bħala “partita ta’ riskju kbir” minħabba xejriet strambi fl-imħatri li saru fuqha. Fil-fatt, il-Kummissarju appuntat mill-FIFA għal din il-logħba kellem lill-plejers tat-tim nazzjonali Malti qabel din il-logħba f’Vilnius.

Il-FIFA kienet identifikat din il-logħba tal-ġimgħa li għaddiet bħala riskujuża minħabba l-mod kif kien qed isir il-betting. Il-Kummissarju kellem ukoll lill-plejers tal-Litwanja u anke lir-referee Spanjol, kif inhi l-proċedura f’każi ta’ dan it-tip.

Sa issa f’dan ir-round ta’ kwalifikazzjoni Malta għadha lanqas ġabret punt wieħed u l-uniku gowl kien skurjat f’Ta’ Qali minn Alfred Effiong.

F’din il-partita partikolari li ġibdet l-attenzzjoni tal-FIFA, Malta spiċċat tilfet 2-0. Sal-ewwel taqsima kontra l-Litwanja, pajjiżna kien qed iżomm ir-riżultat fid-draw ta’ mingħajr gowls.