Futbol Sport

Ex-midfielder ta’ Man United sospiż wara ġlieda ponn ma’ plejer ieħor waqt it-taħriġ

Lura fl-2007 kien protagonista fi trasferiment ta’ aktar minn €22 miljun ewro, minn Porto destinazzjoni Old Trafford.

Issa l-plejer ta 28 sena kien involut f’paġna kerha fil-karriera sportiva tiegħu wara ġlieda mal-kollega tiegħu mal-Internacional, William.

Il-Brażiljan Anderson, li għamel 8 snin sħaħ ma’ Manchester United u ftit taż-żmien fl-Italja ma’ Fiorentina kien sospiż b’mod immedjat minn mal-klabb Brażiljan wara li kellu tilwima taħraq ma’ plejer ieħor waqt sessjoni ta’ taħriġ.

Filmat ippublikat onlajn juri l-mumenti meta ż-żewġt iplejers tilfu rashom u l-kolleggi tagħhom kellhom jifirduhom.

Jidher b’mod ċar l-ex United ixejjer il-ponn b’William jimtela’ tilja demm ftit tal-ħin wara.

S’issa għadu mhux ċar x’hemm lest fil-futur għal-plejer li fi snin glorjużi tiegħu rebaħ, flimkien mar-Red Devils, Champions League u Kampjonat Ingliż.