Sqalli ta’ 29 sena weġġa’ serjament, u jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari f’Birkirkara. Ir-raġel kien fuq scaffolding, jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi stabbiliment fi Psaila Street, meta għal xi raġuni waqa’ minn fuq l-iscaffolding.
Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tan-nofsiegħa. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel, li hu residenti Malta, l-isptar Mater Dei għall-kura biex jiġi kkurat għall-ġrieħi serji li ġarrab.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ħatret inkjesta b’diversi esperti biex jassistu, filwaqt li l-Pulizija qed jinvestigaw l-inċident.
//= $special ?>