Futbol Sport

FILMAT – In-Naxxari li għamel suċċess ma’ Valletta FC

Dennis Fenech hu Naxxari li tant kiseb suċċessi ma’ Valletta lura fis-snin 70 u 80. Fenech hu eks plejer internazzjonali li kien jilgħab fir-rwol ta’ skipper u anke midfielder. Lagħab 14-il darba ma’ Malta. Wara li rtira minn plejer hu beda’ l-karriera ta’ kowċ u mexxa diversi klabbs fosthom Naxxar Lions, Mellieħa, Senglea Athletic u saħansitra anke lil Valletta fil-Kampjonat Premier. Il-ġurnalist sportiv Christian Micallef iltaqa’ ma’ Fenech u tkellem miegħu f’intervista interessanti li deheret fil-programm Replay Preview li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa, fid-9pm fuq Net Television.

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm intervisti ta’ dawn it-tip fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’. Aktar intervisti li saru fil-programmi preċidenti tistgħu terġgħu ssegwuhom permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.