“M’aħniex esperti”
F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Laburista, NETnews staqsa lill-Ministru Edward Zammit Lewis u lid-Deputat Laburista Luciano Busuttil biex jipprovdu mqar raġuni waħda għaliex it-tanker mhux se jkun ankrat ‘il barra mill-kosta – kif sar f’Livorno.
Madanakollu, l-esponenti Laburisti ma kienux kapaċi jwieġbu l-mistoqsija sempliċi, bir-risposta tkun “m’aħniex esperti”.
F’Livorno, fejn sar proġett bħal dak ta’ Malta, it-tanker bil-ħażna tal-gass li jinkludi re-gassification unit tpoġġa 20 kilometru ‘l barra mill-kosta.
Minkejja dan kollu, skont Edward Zammit Lewis, it-tanker f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk huwa sigur, għax ittieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzzjoni. Dan minkejja li l-istudji dwar ir-riskji għadhom ma ġewx ippubblikati.
//= $special ?>