Il-bieraħ filgħaxija uffiċjali tad-dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta sabu mat-€52,000 fi flus kontanti mhux dikjarati. Il-flus instabu fuq negozjant Libjan li kien qed jivjaġġa lejn Tripli. Il-flus ġew ikkonfiskati filwaqt li bdiet investigazzjoni mill-Pulizija.
Il-Libjan qal li ma kinx jaf li hemm regoli Ewropej u dawk Maltin li jgħidu li aktar minn €10,000 fi flus kontanti iridu jkunu dikjarati. Iżda fl-ajruport hemm tabelli fis-sala tal-wasliet u anke tat-tluq li jinfurmaw lill-passiġġieri b’din il-liġi u anke f’lingwi differenti.
//= $special ?>