Talanqas persuna tilfet ħajjitha, b’numru ta’ nies jisfaw midruba b’kaġun ta’ splużjoni kbira li heżżet l-impjant tal-kimika tal-BASF f’Ludwigshafen, fil-Ġermanja. L-impjant meqjus bħala l-akbar prodottutur tal-kimika fid-dinja u wara l-isplużjoni kien hemm ukoll rapporti ta’ nies neqsin, bl-awtoritajiet ma jeskludux li ċ-ċifra tal-vittmi tiżdied.
L-ewwel filmati mis-sit urew fjammi u dħaħen telgħin fil-għoli mill-kwartieri tal-BASF, bin-niriein ikomplu jaqbdu sa ħames sigħat wara l-isplużjoni ( u meta l-awtoritajiet ikkonfermaw l-ewwel mewta). Kelliema għall-impjant tal-BASF aktar tard esprimew dispjaċir u simpatija ma’ ‘dawk affettwati u qrabathom’.
It-Tmexxija tal-BASF taħseb li l-isplużjoni kienet dovuta għal xogħol fuq pipeline, bit-tfittxija għall-persuni nieqsa qed tkompli.
Il-kawża tal-isplużjoni tinsab taħt investigazzjoni, bl-iskwadri għall-emerġenzi jdumu s-sigħat jikkumbattu n-nirien fis-sit wara li l-awtoritajiet relevanti kienu informati dwar ‘l-inċident industrijali’.
Ir-residenti fl-ibliet ta’ Ludwigshafen u Mannheim kienu mitluba biex jibqgħu ġewwa u jżommu l-bibien u t-twieqi tad-djar magħluqin waqt li d-dħaħen infirxu ma kullimkien. Intant, it-tfal kellhom jinżammu fl-iskejjel u l-kumplessi tan-nurseries taz-zona, fejn ir-residenti anki ilmentaw minn ‘problemi tan-nifs’.
//= $special ?>