Internazzjonali

Jiddikjara rebħa elettorali fil-Montenegro

epa05585474 A man waves a Montenegrin flag from a car prior the election campaign rally of ruling Democratic party of socialists in Podgorica, Mntenegro, 14 October 2016. Montenegro holds parliamentary elections on 16 October. EPA/BORIS PEJOVIC

Il-Prim Ministru ta’ Montenegro, Milo Djukanovic, iddikjara rebħa fl-elezzjonijiet ta’ pajjiżu waqt li wiegħed li se jinsisti għal rabtiet eqreb man-NATO u l-Unjoni Ewropea.
Intant, il-Partit ta’ Djukanovic, li hu favur il-Punent, deher li kien se jirbaħ 41 fil-mija tal-vot, li hu anqas mill-maġġoranza li jeħtieġ il-Prim Ministru biex jaċċerta ‘spinta lejn l-isħubija fin-NATO u l-UE’.
Issa, Djukanovic għandu jipprova jifforma maġġoranza ma’ partiti politiċi iżgħar fejn qal lis-sostenituri li ‘illum huma jistgħu jgħidu li Montenegro se jkompli fi triqtu lejn post sikur fl-Ewropa’. Hu kompla li l-pajjiż għandu jissieħeb formalment man-NATO fi żmien xhur, waqt li jżid it-taħditiet dwar sħubija fl-UE.