Il-Gvern Laburista qed jippreżenta r-raba’ budget għal din il-leġislatura, fejn il-Gvern kompla jdaħħal aktar taxxi.
Dawn huma uħud mill-prodotti li fuqhom il-Gvern se jdaħħal aktar taxxi minnhom:
- – Żieda ta’ 2 ċenteżmi f’sisa fuq xarbiet mhux alkoħoliċi
- – Sisa ġdida fuq materjal tal-kostruzzjoni fosthom travi, strutturi tal-ħadid, vireg, xbieki, folji tal-ħġieġ
- – Sisa ġdida fuq il-pre-stress concrete
- – Sisa ġdida fuq ‘toiletries’
- – Żieda ta’ sisa fuq boroż suwed tal-iskart
- – Żieda fil-prezzijiet tas-sigaretti u s-sigarri; żieda fuq it-tabakk tal-brim
- – Sisa ġdida fuq il-batteriji
- – Sisa fuq il-likwidu tal-ħasil.
- – Żieda fil-prezz tal-make-up.
- – Żieda fil-prezz tal-fwejjaħ
- – Żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti tax-xagħar bħal ‘gels’ u ‘conditioners’.