Budget 2017 Lokali

LISTA: Uħud mit-taxxi ġodda li qed idaħħal il-Gvern Laburista fil-budget

Il-Gvern Laburista qed jippreżenta r-raba’ budget għal din il-leġislatura, fejn il-Gvern kompla jdaħħal aktar taxxi.

Dawn huma uħud mill-prodotti li fuqhom il-Gvern se jdaħħal aktar taxxi minnhom:

  • – Żieda ta’ 2 ċenteżmi f’sisa fuq xarbiet mhux alkoħoliċi
  • – Sisa ġdida fuq materjal tal-kostruzzjoni fosthom travi, strutturi tal-ħadid, vireg, xbieki, folji tal-ħġieġ
  • – Sisa ġdida fuq il-pre-stress concrete
  • – Sisa ġdida fuq ‘toiletries’
  • – Żieda ta’ sisa fuq boroż suwed tal-iskart
  • – Żieda fil-prezzijiet tas-sigaretti u s-sigarri; żieda fuq it-tabakk tal-brim
  • – Sisa ġdida fuq il-batteriji
  • – Sisa fuq il-likwidu tal-ħasil.
  • – Żieda fil-prezz tal-make-up.
  • – Żieda fil-prezz tal-fwejjaħ
  • – Żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti tax-xagħar bħal ‘gels’ u ‘conditioners’.