Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li tittajjar f’Ħal Qormi

Mara ta’ 70 sena weġġgħet gravi war li ttajjret fi Triq San Bartolomew f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ qabel il-ħdax neqsin għoxrin, meta l-Pulizija ġew infurmati bl-inċident.

Malli waslu fuq il-post, Pulizija mid-distrett ta’ Ħal Qormi stabilixxew li l-mara ttajjret meta karozza saqet b’lura għal fuqha.

Il-karozza, tat-tip Fiat Doblo, kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena.

Il-mara li ttajjret toqgħod Ħal Qormi stess u mill-post tal-inċident ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura. Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.