Lokali

Raġel miż-Żejtun bi ġrieħi serji fit-tielet waqgħa tal-ġurnata

Ritratt: Arkivji

Raġel miż-Żejtun kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ mgħola sular għal isfel.

Il-każ seħħ illum waranofsinhar fi Triq il-Madonna tal-Ħniena, hekk kif il-vittma ta’ 51 sena kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzzjoni fir-residenza tiegħu.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku fejn ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Sadanittant il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo qed tmexxi l-inkjesta.

Din kienet it-tielet waqgħa ta’ din ix-xorta f’inqas minn 24 siegħa, wara li żgħażugħ Rumen ġarrab ġrieħi gravi hekk kif waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Birgu kif ukoll Sqalli kellu jittieħed l-isptar hekk kif waqa’ mgħola żewġ sulari minn fuq scaffolding f’Birkirkara.