Lokali

It-tanker jidħol lura fil-bajja ta’ Marsaxlokk

Kmieni dalgħodu t-tanker tal-gass Armada LNG Mediterrana daħal lura f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk u Birżebbuġa.

It-tanker baħħar mill-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa lejn in-naħa t’isfel matul il-lejl, u mas-sebħ sab ruħu dieħel lejn il-Free Port.

Dan jikkonferma dak illi qal il-Kap tal-PN ilbieraħ meta stqarr li l-bastiment inżamm barra mill-port apposta, fuq ordni diretta tal-Prim Ministru.