Il-qawwiet tal-Gvern tal-Iraq u l-alleati tiegħu bdew kampanja militari kbira biex jaħtfu lura l-belt ewlenija ta’ Mosul minn idejn l-ISIS. Il-bidu tal-offensiva tħabbret mill-Prim Ministru Iraqi, Haider al-Abadi, li sostna li ‘waslet is-siegħa tar-rebħa’.
Mosul ilha mill-2014 kontrollata mill-ISIS.
In-Nazzjonijiet Uniti esprimiet tħassib kbir dwar is-sigurtà ta’ xi 1.5 miljun persuna fiz-zona ta’ Mosul. Dan meta l-qawwiet tal-Kurdi anti-ISIS ħadu diġà kontroll ta’ xi villaġġi huma u javvanzaw lejn il-belt.
Tibda l-offensiva għall-kontroll ta’ Mosul
