Lokali

Titnieda l-kampanja ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppressediet t-tnedija uffiċjali tal-BOV Piggy Bank Campaign 2016 b’risq l-Istrina b’Solidarjetà 2016.

Din il-kampanja, bit-tema ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’, ġiet varata waqt ċerimonja li għaliha attendew il-kapijiet tal-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex. Din il-kampanja hija appoġġjata mill-Bank of Valletta, li kien rappreżentat mill-Kap Eżekuttiv tiegħu Mario Mallia.

Waqt id-diskors tagħha, il-President Coleiro Preca tkelmet fuq l-importanza tal-valur tal-altruwiżmu fost it-tfal u appellat lil dawk preżenti biex flimkien jkomplu ‘jħeġġu lit-tfal biex ikunu altruwisti sabiex flimkien nkomplu naħdmu ħalli jkollna soċjetà li taħseb f’kulħadd’.

Il-President qalet li dan huwa “valur li jeħtieġ li nwassluh lit-tfal tagħna, li huma l-futur ta’ dan il-pajjiż”.

Intant, is-Sur Edgar Preca, minn għada ser ikun qiegħed jibda ż-żjarat fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex.