Tnediet it-12-il edizzjoni tal-Piggy Bank Campaign. Il-kampanja tnediet bħal kull sena mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca bit-tema ta’ din is-sena hi ‘ Mit-tfal b’solidarjeta’ ‘. Il-kampanja tibda għada sa Diċembru bil-parteċipazzjoni ta’ diversi skejjel f’Malta u Għawdex fosthom dawk tal-Gvern.
Il-President ta’ Malta qalet li t-tema’ ta’ din is-sena torbot propju mal-iskop tal-inizjattiva hekk kif tħeġġet lit-tfal jaħsbu fil-bżonnijiet ta’ ħaddieħor. Qalet wkoll li permezz ta’ inizjattiva bħal din inkunu qed inrawmu wkoll tfal li bħala ġenerazzjoni futura jiffurmaw parti minn soċjeta’ altruwista u mhux jirbaħ l-element tal-egoiżmu.
Il-flus li se jinġabru mill-kampanja Piggy Bank bħal kull sena se jmorru għall-ħidma tal-Malta Community Chest Fund li tgħin persuni b’mard serju fosthom il-kanċer. Fost dawn il-persuni l-Malta Community Chest Fund tgħin anke tfal u żgħażagħ b’diżabilita’. Toffri anke għajnuna għal min għaddej minn żmien diffiċli.
//= $special ?>