Il-Pulizija qed tinvestiga rapport ta’ raġel ta’ 47 sena mill-Imġarr, li qal lill-Pulizija fl-Għassa tal-Mosta li kien għadu kif safa misruq waqt li kien sejjer fl-għalqa tiegħu. L-allegat każ seħħ għall-ħabta tal-4.30am fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel irrapporta li waqt li kien miexi, hu ġie avviċinat minn tliet persuni, li talbuh il-flus li kellu fuqu. Allegatament, hu ġie aggredit u għalhekk mar il-Poliklinika tal-Mosta biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertfikat li qed isofri minn feriti gravi.
Fi stqarrija tal-Pulizija ngħad li s-serqa ta’ flus kontanti kienet waħda konsiderevoli. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Caroline Farrugia Frendo, li ħatret diversi esperti biex jassistuha f’Inkjesta.
//= $special ?>

