Fi stqarrija b’reazzjoni għall-budget ppreżentat mill-Gvern, il-Union tal-Għalliema Maltin (MUT) qalet li dan il-budget hu nieqes minn inizjattivi innovattivi u deċiżjonijiet ‘short term’ meħtieġa għas-settur tal-edukazzjoni.
Fost dawn hemm id-deċiżjoni li trid tittieħed bl-aktar mod urġenti dwar numru ta’ kwistjonijiet, fosthom kif se jkunu attirati aktar edukaturi fil-professjoni tal-għalliema.
L-MUT qalet li tispera li fid-diskussjonijiet li ġejjin fil-Parlament dwar il-budget, jiġu mwieġba uħud mill-mistoqsijiet li qed tagħmel.
//= $special ?>