Lokali

“Ħadna pajjiż li kien fi kriżi ekonomika” – Zammit Lewis

Fuq l-istazzjon laburista dalgħodu l-Ministru Edward Zammit Lewis sostna li fl-2013 Malta kienet “fi kriżi ekonomika”.

Dawn kienu l-kummenti tal-Ministru tat-Turiżmu meta dalgħodu ipparteċipa f’diskussjoni flimkien max-Shadow Minister Claudio Grech.

Waqt id-diskussjoni, Caludio Grech tkellem dwar l-enerġija fejn spjega li r-roħs li kien hemm sa issa huwa dovut għall-prezz baxx taż-żejt, għall-effiċjenza tal-BWSC, u għall-prezz irħas tal-elettriku mill-interconnector. Għalhekk, issa li se tibda titħaddem il-power station tal-Electrogas hemm bżonn li l-Gvern jħabbar roħs fil-kontijiet kif wiegħed qabel l-elezzjoni.