Filwaqt li faħħar il-budget ppreżentat mill-Gvern Laburista, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja qal li l-Union għad trid toħroġ reazzjoni uffiċjali wara li jitlaqqa’ l-Kunsill Nazzjonali tal-istess union.
Iżda fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Josef Bugeja faħħar il-budget u ddeskrivih bħala “budget soċjali”.
Hu rrefera għal numru ta’ proposti tal-GWU li ġew inkluża fil-budget u tenna l-importanza li l-ħaddiema fil-faxxa t’isfel nett jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi biex jitilgħu ‘il fuq fil-karrieri tagħhom.
//= $special ?>