Budget 2017 Lokali

Il-GWU b’tifħir għall-Gvern Laburista, iżda għad trid toħroġ reazzjoni uffiċjali

Filwaqt li faħħar il-budget ppreżentat mill-Gvern Laburista, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja qal li l-Union għad trid toħroġ reazzjoni uffiċjali wara li jitlaqqa’ l-Kunsill Nazzjonali tal-istess union.

Iżda fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Josef Bugeja faħħar il-budget u ddeskrivih bħala “budget soċjali”.

Hu rrefera għal numru ta’ proposti tal-GWU li ġew inkluża fil-budget u tenna l-importanza li l-ħaddiema fil-faxxa t’isfel nett jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi biex jitilgħu ‘il fuq fil-karrieri tagħhom.