Budget 2017 Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ diżappuntata li ma traħħsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Il-Kamra tal-Kummerċ tinsab diżappuntata li ma traħħsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, b’mod partikolari għan-negozji.
Fl-ewwel reazzjoni għall-budget, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Anton Borg qal li Malta hu l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn ir-rati industrijali tal-enerġija huma aktar għoljin mir-rati domestiċi.

Anton Borg żied li jekk wieħed iqabbel it-tariffi industrijali f’Malta mal-istess tariffi f’pajjiżi oħra “kompetituri tagħna”, wieħed isib li t-tariffi f’Malta huma 35% aktar għoljin.

Fil-kummenti tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ innota li waqt id-diskussjonijiet, il-Gvern kien ġie mitlub biex ma jagħtix sorpriżi fil-budget, madanakollu xorta waħda kien hemm is-sorpriża tas-sisa fuq ċertu prodotti u ż-żidiet fuq prodotti oħra.

Hu rrefera wkoll għal xi miżuri oħra li huma pożittivi għall-kompetittività, partikolarment l-iżvilupp tal-Bank tal-Iżvilupp.