Budget 2017 Lokali

“Il-kontijiet tal-elettriku, imqar dawk kummerċjali, kellhom jorħsu” – MEA

F’kummenti li ta d-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem Joe Farrugia waqt programm speċjali dwar il-budget, sostna li f’dak li għandu x’jaqsam mal-enerġija, kulħadd kien qed jistenna li “tal-anqas jonqsu r-rati kummerċjali”.

Hu fakkar li f’Malta, n-negozji għandhom rati tal-elettriku aktar għoljin, u għaldaqstant, wieħed kien qed jistenna li jkun hemm traħħis.

Joe Farrugia saħaq li fl-ambjent li qegħdin fih, il-kontijiet kellhom jorħsu. Kien hawnekk fejn irrefera għall-interconnector u l-livell baxx tal-prezz internazzjonali taż-żejt.