Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella insista li x’ħin wieħed jislet kollox mill-budget, jirrealizza li m’hemm xejn li jindirizza l-faxxa tan-nofs.
“Anzi, l-faxxa tan-nofs qed tiġi kkastigata” saħaq Josef Vella, li rrefera għal diversi miżuri li se jkunu qed jimpattaw lill-midleclass, fosthom l-introduzzjoni u żidiet tas-sisa f’ċertu prodotti.
Hu rrefera wkoll għal mod kif ir-rati tal-elettriku għad-djar residenzjali ma tnaqqsux, bl-istess mod kif l-anqas ma traħħsu l-prezzijiet tal-fuel.
//= $special ?>