Budget 2017 Lokali

“Kulħadd stenna aħjar” – SĦPN

Il-moviment Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) fi stqarrija qal li jinsab imħasseb għall-fatt li ħafna prodotti se jkunu qed iġibu fix-xejn iż-żieda miżera ta’ €1.75 fil-ġimgħa. Dan apparti li ħafna stennew, u bir-raġun, tnaqqis sostanzjali fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u tnaqqis sostanzjali fil-prezz tal-fuels.

Il-moviment SĦPN qal li dan il-budget wera biċ-ċar li għall-Gvern jeżistu żewġ realtajiet: waħda dik li hemm ġo Kastilja u l-oħra li jiffaċċja ta’ kuljum il-kumplament tal-poplu Malti.

“Meta tagħsar dan il-budget, ma tantx ta l-impressjoni li l-ekonomija ta’ pajjiżna hi b’saħħitha” temm jgħid il-moviment Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista.