Budget 2017 Lokali

L-ewwel darba li s-settur koperattiv ma kienx inkluż fil-budget

Il-Malta Co-operative Federation fi stqarrija qalet li b’dispjaċir tinnota li għall-ewwel darba f’din il-leġiżlatura, is-settur koperattiv ma ġiex inkuż fid-diskors tal-Baġit. Barra minn hekk, proposti pożittivi li kienu ġew imsemmija f’diskorsi tal-Baġit tas-snin li għaddew, għadhom ma twettqux.

Il-Malta Co-operative Federation qalet li temmen li l-koperattivi huma għodda essenzjali sabiex isseħħ il-ġustizzja soċjali. Il-Federazzjoni temmet tgħid li tisħaq li ġaraldarba jitwettqu r-riformi mwiegħda u ssir ekwità bejn il-Federazzjonijiet tal-Koperattivi, tista’ ssir ħafna ħidma fil-moviment koperattiv ibbażata fuq prinċipji u valuri, li tassew jaraw li l-ġid jasal għand kulħadd.