Internazzjonali

L-isplużjoni fil-kumpless tal-kimika tqanqal tħassib fil-Ġermanja

epa05589049 After a major explosion, flames blaze on the premises of the chemical company BASF in Ludwigshafen, Germany, 17 October 2016. According to the company, at least one person has been killed, six other people are still missing and at least six were injured. The cause of the explosion is yet to be cleared. EPA/EINSATZREPORT SUEDHESSEN

 

Il-kumpannija BASF mistennija żżomm it-taqsimiet għall-produzzjoni tagħha magħluqin għat-tul taż-żmien fil-faċilità ta’ Ludwigshafen fejn splużjoni u nirien kbar, ilbieraħ, swew il-ħajja ta’ żewġ ħaddiema waqt li ħallew għexieren ta’ midruba.

Il-faċilità tal-BASF hi fost l-akbar kumplessi kimiċi fid-dinja u l-inċident qajjem tħassib sostanzjali fost ir-residenti taz-zona. L-isplużjoni hi  problema enormi għall-BASF, li għandha reputazzjoni globali bħala produttur tal-kimika, u li ppruvat li setgħet biex jonqsu l-inċidenti fuq is-sit filwaqt li rrevediet il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà,

Intant, l-awtoritajiet għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet dwar l-isplużjoni, b’kelliema għall-kumpanija BASF qed jeskludu għall-possibbiltà ta’ terroriżmu.

L-isplużjoni tat-Tnejn seħħet f’port viċin ta’ xmara fejn is-soltu jħottu l-liquid gas u materjal ieħor li kapaċi jaqbad malajr. Sadattant, in-nirien li rriżultaw, b’xorti tajba, ma nfirxux għal bnadi oħra tal-impjant.

Fil-minuti wara l-isplużjoni, il-pulizija f’Ludwigshafen avżaw lir-residenti tal-belt u fl-inħawi ta’ Mannheim, fil-viċinanzi, biex jibqgħu ġewwa minħabba l-possibbiltà kbira ta’ kimiċi velenuzi fl-ajru u meta kienu telgħin id-dħaħen kbar mis-sit tal-inċident. Kien hemm ukoll rapporti dwar residenti fiz-zoni qrib l-impjant li ilmentaw dwar problemi tan-nifs, anki wara li n-nirien kienu kkontrollati.

Analisti qalu li, għalissa, diffiċli biex wieħed jikkwantifika l-impatt sħiħ tal-isplużjoni u n-nirien fl-impjant ta’ Ludwigshafen. Dan meta l-ġbir ta’ dettalji u provi jinvolvi impenn fit-tul li jista’ jdum għal ġimgħat u anki xhur.