Il-mewt taż-żewġ anzjani Ingliżi f’appartament ta’ Serba, f’San Pawl il-Baħar ġibed l-attenzjoni tal-midja Ingliża.
Il-Gurnal Ingliz The Sun, kompla jinvestiga l-mewt taż-żewġ Ingliżi wieħed il-ġimgħa li għaddiet u ieħor fi Frar li għadda.
Il-ġurnal irrapporta li hemm il-possibiltà li ż-żewġ Ingliżi mietu wara lejl ta’ divertiment qawwi fil-kumpanija ta’ din is-Serba.
Il-ġurnalist ta’ The Sun mar fl-inħawi fejn instabu mejta dawn l-anzjani u saqsa dwar is-Serba li kienet investigata mill-Pulizija Maltija. Kollox jindika, li l-kumpanija tas-Serba kienet tkun imfittxija ħafna minn anzjani l-iktar Ingliżi, u dan minħabba d-divertiment li kienet kapaċi toffri.
Kollox kien jibda f’bar l-inħawi fejn l-anzjani kienu jiltaqgħu ma din il-mara u minn hemm kienu jibnu ħbiberija jew relazzjoni magħha.
Il-ġurnalist ta’ The Sun, saħansitra ltaqa’ mal-mara li kienet investigata mill-Pulizija u jgħid li fl-inħawi hi magħrufa għall-kumpanija li toffri.
The Sun identifika wkoll l-anzjani u jghid li l-anzjan li miet il-gimgha li ghaddiet, kien cempel fl-Ingilterra lis-siehba propja tieghu u kien qalilha li kien tilef l-ajruplan u minn hemm ma ghamilx kuntatt maghha. Is-serba qalet li kien iddispjeciha li l-anzjan kien f’relazzjoni ohra u dan ghaliex hi kien mighalija li kienet hi biss il-mara li maghha kien f’relazzjoni.
Interessanti wkoll il-fatt li dakinhar li nstab mejjet l-Ingliż hdejh instabu wkoll mal-10,000 lira Sterlina. Ma The Sun is-serba qalet li kienet ghamlet minn kollox biex issalva lill-Ingliż, sa marret tigri l-għassa u ċemplet ambulanza, imma dawn l-isforzi kienu kollha għalxejn.
//= $special ?>
