Budget 2017 Lokali

“Ma nafx x’qed iżomm lill-Gvern milli jiraħħas il-kontijiet” – GRTU

“Il-prezz tal-elettriku huwa wieħed mill-aktar diżappunti li kellna f’dan il-budget”. Kienet din ir-reazzjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-GRTU Abigail Psaila Mamo.

F’reazzjoni għall-budget, Psaila Mamo qalet li l-GRTU kienet kważi ċerta li se tara traħħis tal-kontijiet, speċjalment wara li ila mis-sena li għaddiet tgħid li għandu jkun roħs tal-anqas ta’ 25%.

“Issa dik id-direzzjoni ma tteħditx” qalet il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU, waqt li stqarret li ma tafx x’qed iżomm lill-Gvern milli jraħħas il-kontijiet.