L-Awtorità għall-Ambjent u r-riżorsi ħabbret li t-tletin jum ta’ konsultazzjoni pubblika fil-proċess dwar l-Environment Impact Assessment u l-permess għall-Powerstation il-ġdida se jibdew minn għada.
L-awtorità talbet lill-operaturi biex b’mod immedjat minn meta tiftaħ il-konsultazzjoni pubblika, d-dokumenti kollha relatati, kif ukoll id-dokumenti marbuta mal-istudju dwar l-impatt ambjentali jridu jkunu disponibbli mill-Kunsilli Lokali f’Marsaxlokk, Birzebbuga u ż-Żejtun.
Minbarra f’dawn il-postijiet id-dokumenti se jkunu disponibbli wkoll f’Hexagon House.
It-talba għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti ilha ssir b’mod partikolari mill-Partit Nazzjonalista u dan biex il-pubbliku jsir jaf l-impatt li se jħalli dan it-tanker fuq in-nies tal-madwar u wkoll biex il-pubbliku jkun jaf il-perikli li qed igib mieghu dan it-tanker.
Il-Pubbliku hu mistieden biex janalizza dawn id-dokumenti u jissottemetti l-kummenti tiegħu sas-sbatax ta’ Novembru fuq l-emails ippc.consultation@era.org.mt jew eia.malta@era.org.mt jew inkella jista’ jibgħat il-kumment tiegħu f’Heaxagon House li tinsab fi Spencer Hill il-Marsa.
//= $special ?>