Budget 2017 Lokali

“Nuqqas ta’ miżuri speċifiċi u immedjati għaż-żamma ta’ lokalitajiet bħal Buġibba u l-Qawra” – MHRA

Fl-ewwel reazzjoni dwar il-budget ma’ NETnews.com.mt, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti saħqet li xtaqet tara miżuri speċifiċi dwar iż-żamma ta’ lokalitajiet bħal ma huma Buġibba u l-Qawra.

Din ir-reazzjoni ngħatat mill-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat, li spjega kif hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni għal dawn il-lokalitajiet. Qal li l-MHRA xtaqet tara miżuri aktar speċifiċi u li jolqtu ż-żamma ta’ dawn il-lokalitajiet fl-immedjat.

Fil-kummenti tiegħu, Agius Muscat rrefera għal miżuri li għandhom l-għan li jtejjbu s-settur tal-‘cruise liners’ u miżuri biex jittejjeb il-prodott turistiku b’mod ġenerali.